Li nintegraw artisti żgħażagħ Maltin fil-proġetti ta’ pajesaġġi pubbliċi, ġonna, kif ukoll fil-qasam soċjali u edukattiv – l-arti tfejjaq ħafna patoloġiji. Il-livell artistiku ta’ nazzjon ħafna drabi huwa indikattiv tal-livell ta’ benesseri f’dak il-pajjiż. L-arti taf tgħin biex minbarra teduka u tattira liċ-ċittadin medju lejn apprezzament tal-estetika madwaru fit-triq taf ukoll tikkolma l-lakuna kulturali b’ċerta eleganza.
L-idea hija indirizzata lejn id-dinja kulturali lejn iż-żgħażagħ li għandhom talent u ma jsibux fejn esprimuh...ninkuraġġuhom ikomplu fi triqthom u fl-istess ħin jagħtu kontribut lin-nazzjon bl-iktar mod li jafu. Inħoss li l-poplu tagħna għamel ħafna progress fil-livell tal-ħajja tiegħu pero għadni nara ħafna nuqqas ta’ apprezzament għall-estetika f’kważi kull ma nagħmlu. Hemm element rozz u medjokri f’dak li nagħmlu xi kultant. Din taf tkun inizjattiva sabiex inressqu s-sbuħija lejn iċ-ċittadin
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation