Numru ta' tfal bi bżonnijiet speċjali mhumiex qegħdin jieħdu l-massimu li jistgħu jieħdu fl-iskejjel, minħabba l-kundizzjoni tagħhom. Dawn it-tfal iridu riżorsi addattati għad-diffikultatjiet tagħhom li sfortunatament mhux dejjem ikunu aċċessibli fl-iskejjel. It-tfal bi bżonnijiet speċjali, l-aktar bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, qegħdin jiżdiedu. Wieħed irid jaħseb f'centri apposta għal dawn it-tfal, kemm tal-primarja, kif ukoll tas-sekondarja, fejn ikunu jistgħu jattendu skont il-ħtieġa.
This content is created by the open source Your Priorities citizen engagement platform designed by the non profit Citizens Foundation